Is-Servizz ta’ Occupational Therapy huwa kkonċernat li jippromovi s-saħħa u l-benessri tal-anzjan permezz ta’ okkupazzjoni. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li jippermetti lil anzjan jipparteċipa f’attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. Dan r-riżultat jinkiseb billi wieħed jaħdem mal-anzjan u kommunitajiet biex itejbu l-abbiltà tagħhom biex jidħlu f’okkupazzjonijiet li jridu jew li jeħtieġu, inkella billi jimmodifikaw l-ambjent ħalli jagħtu appoġġ aħjar fl-okkupazzjonali tagħhom.
Valutazzjoni u Evalwazzjoni tas-Saħħa u Ħiliet Bażiċi.
Ippjanar u Implimentazzjoni ta’ Programmi Terapewtiċi.
Reviżjoni ta’ Programmi Terapewtiċi.
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq u ma jistgħux joħorġu minn darhom;
Anzjani residenti f’Djar Residenzjali tal-Gvern jew li jifformaw parti mill-iskema tal-Public Private Partnership
Il-persuni li jeħtieġu riabilitazzjoni fil-komunità huma kkunsidrati skont id-diskrezzjoni tal-Allied Health Professionals.
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Is-servizz huwa bla ħlas
Suġġerimenti, Rakkomandzzjonijiet u Ilmenti
F’każ ta’ suġġerimenti jew ilment ikklikkja hawn.