Ħarsa ġenerali​

Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità jipprovdi aċċess lill-anzjani li ma jistgħux joħorgu minn djarhom minħabba f’xi problema ta’ saħħa fiżika, sabiex jiksbu assesjar ġerjatriku komprensiv. Dan isir billi l-Ġerjatriku fil-Komunità jagħmel żjara medika d-dar flimkien ma’ professjonisti mit-Taqsima tal-Assessjar tal-CommCare u Dementia Intervention Team.

X’se tingħata

Wara li nirċievu l-applikazzjoni flimkien mar-riferiment, il-każ jiġi diskuss bejn il-Ġerjatriku fil-Komunità, it-tim tal-CommCare, id-Dementia Intervention Team u t-tabib tal-applikant. Hekk kif issir din il-konsultazzjoni, normalment issir żjara medika d-dar, partikolarment meta tkun qed tiġi trattata problema medika komplessa li teħtieġ l-immaniġġjar ta’ speċjalista ġerjatriku. Professjonisti oħra mit-tim multidixxiplinarju tal-CommCare jistgħu jiġu involuti ukoll, b’żjarat isegwu skont il-ħtiġijiet tal-klijent.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuni li għandhom 60 sena `l fuq;
  • Li qed jgħixu fil-komunità;
  • Fil-bżonn ta’ intervent mhux akut u li ma jistgħux joħorġu minn djarhom biex jattendu klinika ġerjatrika fuq bażi ta’ outpatient.

Kif tapplika​

 

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

 

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant.
  • Referta pprovduta u mimlija mit-tabib tal-anzjan. Wara li persuna inkarigata apposta tirċievi din ir-referta, il-każ jiġi diskuss mal-Ġerjatriku fil-Komunità.

Suġġerimenti, Rakkomandazzjonijiet u Ilmenti

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn

applika