Ħarsa ġenerali​

Iċ-ċentri għal persuni bid-dimensja (ĊPD) jipprovdu kura f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Dawn iċ-ċentri huma ddisinjati speċifikament biex jaqdu l-bżonnijiet ta’ persuni li jgħixu bid-dimensja. Iċ-ċentri għal persuni bid-dimensja jipprovdu serħan, appoġġ u jtaffu l-piż tal-familjari, filwaqt li anke jipprovdu attivitajiet terapewtiċi lill-persuni bid-dimensja. Diversi studji wrew li dawk li jieħdu ħsieb il-qraba bid-dimensja, u jużaw dawn it-tip ta’ ċentri, jesperjenzaw livelli aktar baxxi ta’ stress relatat mal-kura u benesseri psikoloġiku, meta mqabbla ma’ minn ma jużax dan is-servizz.

X’se tingħata

Il-persuna li tapplika biex tagħmel użu miċ-ċentri tad-dimensja tiġi evalwata mill-infermiera tad-Dementia Intervention Team biex jaraw li l-applikant huwa eliġibbli għas-servizz. L-applikanti eliġibbli jkunu jistgħu jattendu, sa 3 darbiet fil-ġimgħa, f’ċentru tad-dimensja tal-għażla tagħhom. Il-jiem offruti huma soġġetti għad-disponibbiltà ta’ dak iż-żmien. Il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ dawn iċ-ċentri huma bejn is-06:30 u t-18:00.

L-applikant u dawk li jieħdu ħsiebu mbagħad jiġu mistiedna għal żjara ta’ orjentazzjoni fiċ-ċentru u l-koordinatur taċ-ċentru jiġbor informazzjoni mingħand l-applikant u l-familja u jiġi maqbul pjan ta’ kura li imbagħad jintuża waqt li l-applikant ikun qed jattendi ċ-ċentru. Il-ġranet meta l-applikant ikun se jattendi jiġu miftiehma matul iż-żjara ta’ orjentazzjoni. Wara ż-żjara ta’ orjentazzjoni, l-applikant ikun jista’ jattendi ċ-ċentru fil-jiem u l-ħinijiet miftiehma.

Eliġibbiltà​​

Dijanjosi ta’ dimensja mit-tabib tal-pazjent jew minn konsulent ġerjatriku.

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni meħtieġa:

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-pazjent jew konsulent ġerjatriku.

Kif tapplika:

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
 

applika