Ħarsa ġenerali
Id-Dementia Intervention Team (DIT) jipprovdi servizz fil-komunità lill-persuni bid-dimenzja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Issir valutazzjoni ħolistika tas-sitwazzjoni tal-persuna bid-dimenzja u ta’ dawk li jkunu qed jieħdu ħsiebha fir-residenza fejn tkun qed tgħix. Wara dan l-assessjar, pjan ta’ kura jiġi mfassal speċifikament għal kull każ. Dan jista’ jinkludi informazzjoni u taħriġ; sapport; pariri dwar is-sigurtà u strateġiji magħmulin kemm għall-persuni bid-dimenzja kif ukoll għall-persuni li jieħdu ħsiebhom. L-għan ewlieni ta’ dawn il-professjonisti jiffoka sabiex il-persuna bid-dimenzja tkompli tgħix b’mod attiv fil-komunità.
X’ser tingħata
It-tim ta’ professjonisti jiprovdi pakkett ta’ kura speċjalizzata biex jappoġjaw il-persuna bid-dimenzja u lil dawk in-nies li jieħdu ħsiebhom. Perjodikament it-tim jibqa’ jsegwi kull każ u jbiddel il-pjan ta’ għajnuna skont il-bżonn. It-tim isir punt ta’ referenza ewlenija għall-persuni bid-dimenzja u l-familja tagħhom.
Eliġibbiltà
• L-applikant irid ikun qed jgħix fid-dar tiegħu.
Dokumentazzjoni meħtieġa:
• Referenza mill-konsulent li qed isegwi l-klijent.
Kif tapplika
Is-servizz huwa bla ħlas.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
15 - il jum