Is-servizz ta’ Handyman hu mmirat sabiex jagħti assistenza lil anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fl-istess residenza tagħhom. Dan is-servizz joffri diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-residenza ta’ l-applikant. Dawn jinkludu s-servizz ta’ mastrudaxxa; bajjad; plamer; elettriċista; installazzjoni ta’ poġġamani u ġarr ta’ affarijiet minn kamra għall-oħra.
Numru ta’ servizzi ta’ manutenzjoni fid-residenza tiegħek.
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Anzjan li għandu 60 sena `l fuq; jew
Persuni li għandhom il-karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill Aġenzija Sapport; jew
Persuni li huma f’pussess ta’ dokument validu tal-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Dokumentazzjoni ġenerali:
Karta tal-Identità Speċjali, jekk applikabbli;
Dokument validu tal-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk applikabbli.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Dan is-servizz jingħata mingħajr ħlas lill-persuni li huma ntitulati għall-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) jew il-Karta tal-Identità Speċjali. Dawk l-anzjani li m’għandhomx dawn id-dokumenti huma intitolati li jirċievu dan is-servizz b’tariffa nominali. Rati jvarjaw skont ix-xogħol meħtieġ u huma ddettaljati skont it-tabelli li ġejjin. Meta x-xogħol ikun lest, il-klijent irid iħallas lill-handyman li jkun għamel ix-xogħol. Dan tal-aħħar joħroġ irċevuta temporanja waqt li rċevuta uffiċjali tigi sussegwentement maħruġa mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Persuni li huma eliġibbli jridu jipprovdu għall-materjal meħtieġ minn flushom.