Ħarsa ġenerali
Marka tal-Ugwaljanza hija ċertifikazzjoni li tingħata lil kumpaniji/organizzazzjonijiet li jagħmlu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-valuri tagħhom u l-ġestjoni tagħhom hija bbażata fuq l-għarfien u l-promozzjoni tal-potenzjal tal-impjegati kollha irrispettivament mill-ġeneru u mir-responsabbiltajiet tagħhom.
L-organizzazzjonijiet interessati li jiksbu Ċertifikazzjoni ta' Marka tal-Ugwaljanza jkunu meħtieġa li jimlew il-formola billi jagħtu d-dettalji tal-organizzazzjoni, motivi tan-negozju, struttura organizzattiva u raġunijiet għala qed japplikaw.
X’ser tingħata
Ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza. Iċ-Ċertifikazzjoni hija valida għal perjodu ta' sentejn, u wara wieħed irid japplika biex iġeddidha.
Eliġibbiltà
Entitajiet privati u pubbliċi interessati.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Feedback u Rakkomandazzjonijiet
15 - il jum
Provvista tas-Servizz
Xahrejn