Il-programm tal-Iskema għat-Taħriġ għal Inizjattivi (TIS) jgħin lil voluntiera biex itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu għal xogħol volontarju b'mod profiċjenti, etiku u effiċjenti li jistabbilixi l-kompetenza bażika li l-voluntiera kollha huma mistennija li jiksbu, jgħolli l-livell ta' professjonalità fis-servizzi u fl-inizjattivi implimentati mill-organizzazzjonijiet volontarji (OV) ġewwa l-komunità, waqt li jqajjem kuxjenza dwar l-OV, ix-xogħol volontarju tagħhom u s-settur volontarju b'mod ġenerali.
Jippermetti lill-OV jorganizzaw programm speċifiku ta' taħriġ. Il-programm għandu jkun jew relatat speċifikament max-xogħol tal-OV jew relatat mal-volontarjat inġenerali.
OV rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.
L-applikazzjoni bħalissa hija magħluqa.