Ħarsa ġenerali​

Il-programm tal-Iskema għat-Taħriġ għal Inizjattivi (TIS) jgħin lil voluntiera biex itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu għal xogħol volontarju b'mod profiċjenti, etiku u effiċjenti li jistabbilixi l-kompetenza bażika li l-voluntiera kollha huma mistennija li jiksbu, jgħolli l-livell ta' professjonalità fis-servizzi u fl-inizjattivi implimentati mill-organizzazzjonijiet volontarji (OV) ġewwa l-komunità, waqt li jqajjem kuxjenza dwar l-OV, ix-xogħol volontarju tagħhom u s-settur volontarju b'mod ġenerali.

X’se tingħata

Jippermetti lill-voluntiera li jieħdu sehem fi programm speċifiku ta' taħriġ, sew lokali u sew barra minn Malta. Il-programm ta' taħriġ għandu jkun jew relatat speċifikament max-xogħol tal-OV li fiha wieħed ikun attiv jew relatat mal-volontarjat inġenerali.

Eliġibbiltà​​

Membri voluntiera attivi f'Organizzazzjonijiet Volontarji rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Kif tapplika​

L-iskema bħalissa hija magħluqa.

applika