Ħarsa ġenerali​

L-iskema tal-proġetti tal-Organizzazzjonijiet Volontarji hija inizjattiva li tappoġġja proġetti li jaqgħu taħt dawn l-oġġettivi li ġejjin: 
• Li tistimula l-kooperazzjoni u n-networking bejn l-organizzazzjonijiet volontarji. 
• Li tipprovdi forum konsultattiv li jistgħu jindirizzaw b'mod effettiv kwistonijiet li huma relatati mas-Settur Volontarju.
• Li tipprovdi pjattaforma li tgħin biex tiżviluppa l-koperazzjoni bejn l-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-Gvern. 
• Li tippromwovi u tinkoraġġixx il-kultura tal-volontarjat u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' volontarjat. 
• Li titrawwem il-kooperazzjoni fis-settur volontarju.
• L-iskadenza tas-Sejħa għall-Applikazzjonijiet hija l-Erbgħa, 16 ta’ Ottubru 2024 f’nofsinhar.

X’se tingħata

Tippermetti dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li huma miktubin mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji biex japplikaw għall-fondi biex iwettqu proġetti li jaqgħu taħt l-objettivi u l-prijoritajiet tal-istess fond. Dan il-fond jappoġġja sa 80% tal-proġett sa massimu ta' € 20,000.

Eliġibbiltà​​

Organizzazzjonijiet Volontarji (VO) rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Kif tapplika​

L-iskema bħalissa hija magħluqa.
applika