L-Oganizzazzjoni Volontarji għandom l-obligu skont il-ligi li kull sena jissottomettu l-prospetti u l-kontijiet annwali tagħhom billi jimlew il-formularju hekk kif mitlub mil-liġi (Legislazzjoni Sussidjarja 492.01).
Jekk l-Organizzazzjoni Volontarja timxi skont ir-regolamenti tal-Legislazzjoni Sussidjarja 492.01 hija tkun kunsidrata bħala konformi mal-Kummissarju.
Kull Orgnaizzazzjoni Volontarja iskritta mal-Kummissarju hija obbligata bil-liġi (Leġislazzjoni Sussidjarja 492.01) li tissottometti l-Prospetti Annwali u l-Kontijiet Annwali skont kif stipulat fir-Regolamenti dwar Organizzazzjonijiet Volontarji – Leġislazzjoni Sussidjarja (Prospetti Annwali u Kontinjiet Annwali) 2012.
Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ffirmaha.
Kategorija 1:
i) Taħt din il-kategorija hemm tlett modi ta’ kif jistgħu jiġu sottomessi l-prospetti annwali u l-kontijiet Annawali: -Skont il-liġi organizzazzjonijiet taħt din il-kategorija jistgħu jniżżlu formularju tal-prospetti Annwali u l-kontijiet Annwali jimlewh u jissottomettuh. F’dan il-każ, il-formularju tal-prospetti annwali jrid ikun iffirmat bil-linka blu minn amministratur wieħed, u taħtu għandu jkun hemm il-pożzzjoni tiegħu fil-kumitat u n-numru tal-karta tal-identità. Il-formularju tal-kontijiet annwali jrid ikun iffirmat bil-linka blu minn 2 amministraturi. L-amministraturi jridu jniżżlu wkoll in-numru tal-karta tal-identità u l-pożizzjoni tagħhom fil-kumitat.
ii) Jekk l-istatut jindika li l-prospetti annwali u l-kontijiet annwali jridu jkunu awtentikati bil-linka blu minn Accountat, l-organizzazzjonijiet volontarji huma obbligati li jimlew l-formularju tal-prospetti u l-kontijiet annwali skont kif indikat fil-liġi, imbagħad jew:
-Jgħadduhom lill-Accountant li għandu l-warrant għall-analizi u l-approvazzjoni tiegħu, jew;
-Jekk l-istatut jindikalhom li jridu jissottomettu r-rapport tal-Accountant, iridu jimlew u jissottomettu l-prospetti u l-kontijiet Annwali skont kif stipulat fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja, flimkien mar-rapport tal-accountant li għandu warrant. F’dan il-każ, il-formularju tal-prospetti annwali jrid ikun iffirmat bil-linka blu minn amministratur wieħed, u taħtu għandu jkun hemm il-pożizzjoni tiegħu fil-kumitat u n-numru tal-karta tal-identità. Il-formularju tal-kontijiet annwali jrid ikun iffirmat bil-linka blu minn żewġ amministraturi. L-amministraturi jridu jniżżlu wkoll in-numru tal-karta tal-identità u l-pożizzjoni tagħhom fil-kumitat. Ir-rapport tal-accountant irid ikun iffirmat bil-linka blu mill-istess accountant u fih irid ikun hemm it-timbru bid-dettalji tal-accountant flimkien man-numru tal-warrant.
iii) Jekk l-istatut jindika li l-prospetti annwali u l-kontijiet annwali jridu jkunu awditjati, l-organizzazzjonijiet volontarji huma obbligati li jimlew il-prospetti u l-kontijiet annwali skont kif indikat fil-liġi, imbagħad jew:
-Jgħadduhom lill-Awditur li għandu l-warrant għall-analizi u l-approvazzjoni tiegħu; jew
-Jekk l-istatut jindikalhom li jridu jissottomettu r-rapport tal-Awditur, iridu jimlew u jisottomettu l-prospetti u l-kontijiet Annwali skont kif stipulat fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 492.01 flimkien mar-rapport tal-accountant li għandu warrant. F’dan il-każ, il-prospetti annwali u l-kontijiet annwali jridu jkunu ffirmati bil-linka blu minn żewġ amministraturi. L-amministraturi jridu jniżżlu wkoll in-numru tal-karta tal-identità u l-pożizzjoni tagħhom fil-kumitat. Ir-rapport tal-awditur irid ikun iffirmat bil-linka blu mill-istess awditur u fih irid ikun hemm it-timbru bid-dettalji tal-awditur flimkien man-numru tal-warrant.
iv) Fl-ewwel każ, il-prospetti annwali u l-kontijiet indikati preċiżament fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 492.01 iridu jkunu ffirmati bil-linka blu minn żewġ amministraturi, u fl-istess waqt iridu jkunu ffirmati bil-linka blu u jrid jkun hemm it-timbru bid-dettalji tal-awditur flimkien man-numru tal-warrant. L-amministraturi jridu jniżżlu wkoll in-numru tal-karta tal-identità u l-pożizzjoni tagħhom fil-kumitat.
Kategorija 2:
i) F’dan il-każ l-organizzazzjonijiet volontarji iridu jippreparaw rapport finanzjarju komplut u iccekjat mil-Accountant li ghandu warrant. Fir-rapport finanzjarju jrid jinkludi noti, u li ppreparat fuq GAPSME. L-accountant ghandu janalizzahom u jawtentikahom bil-linka blu
ii) Jissottomettu r-rapport tal-accountant li għandu warrant. Ir-rapport irid ikun iffirmat bil-linka blu u jrid ikun hemm it-timbru bid-dettalji tal-accountant flimkien man-numru tal-warrant. Ir-rapport irid ikun iffirmat minn żewġ amministraturi u jridu jniżżlu wkoll in-numru tal-karta tal-identità u l-pożizzjoni tagħhom fil-kumitat.
iii) Jekk l-istatut jindikalhom li jridu jissottomettu r-rapport tal-awditur, l-organizzazzjonijiet volontarji jridu jissottomettu r-rapport tal-awditur li għandu warrant. Ir-rapport irid ikun iffirmat bil-linka blu u jrid ikun hemm it-timbru bid-dettalji tal-awditur flimkien man-numru tal-warrant. Ir-rapport irid ikun ffirmat minn żewġ amministraturi u jridu jniżżlu wkoll in-numru tal-karta tal-identità u l-pożizzjoni tagħhom fil-kumitat.
Kategorija 3
i) L-organizzazzjonijiet volontarji jridu jissottomettu r-rapport tal-awditur li għandu warrant. Ir-rapport finanzjarju ghal din il-kategorija irid ikun IFRS. Ir-rapport irid ikun iffirmat bil-linka blu u jrid ikun hemm it-timbru bid-dettalji tal-awditur flimkien man-numru tal-warrant. Ir-rapport irid ikun iffirmat minn żewġ amministraturi u jridu jniżżlu wkoll in-numru tal-karta tal-identità u l-pożizzjoni tagħhom fil-kumitat.
Huwa importanti li jkun hemm inkluz minn xiex huma maghmulin il-figuri tad-dhul u l-hrug
Il-formola mimlija għandha tintbagħat b'imejl: [email protected]
Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
Timeline
[{"Id":"8b82225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji","AddressLine1":"Sajjan Lane","AddressLine2":"National Road","AddressLine3":null,"AddressCity":"HAMRUN [Il-Ħamrun]","AddressPostalCode":"HMR 1680","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"27440388","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":null},{"Id":"a9d93950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":2,"AddressName":"Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji","AddressLine1":"Sajjan Lane","AddressLine2":"National Road","AddressLine3":null,"AddressCity":"HAMRUN [Il-Ħamrun]","AddressPostalCode":"HMR 1680","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"27440388","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"3 xhur"}]