Applikazzjoni għal Xogħlijiet ta’ Manutenzjoni u Tisbieħ fil-Partijiet Komuni tal-Qasam tad-Djar

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 16 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

Is-Sezzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, tagħmel ħilitha kollha biex tipprovdi servizzi aħjar għall-inkwilini u sidien ta’ appartamenti, fil-Qasam tad-Djar taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex.

X’ser​ tingħata

Aċċess għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni u rinnovazzjoni mmirati biex itejbu u jżommu l-partijiet komuni tal-kumpless residenzjali taċ-Ċawla, ir-Rabat, Għawdex, għall-inkwilini u s-sidien tal-appartamenti.

Eliġibbiltà​​

L-inkwilini u s-sidien kollha tal-appartamenti fil-Qasam tad-Djar.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekjar ta' Applikazzjoni

2 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

2 ijiem

Provvista tas-Servizz

28 jum

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika