Ħarsa ġenerali​

Permezz ta’ din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar  tirċievi offerti mingħand sidien ta’ proprjetà residenzjali vakanti biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar għall-iskop ta’ akkomodazzjoni soċjali.

​X’ser​ tingħata

Is-sid se jirċievi l-ħlas tal-kera bil-quddiem kull sitt xhur.

Żieda ta' 2% fil-kera annwali
żenzjoni mit-Taxxa fuq il-Proprjetà

Eliġibbiltà​​

 Il-proprjetà għandha tkun disponibbli għal mill-inqas 10 snin u trid tkun f’kundizzjoni tajba għall-abitazzjoni. Il-proprjetà trid tinkludi kċina b’apparat funzjonali. L-Awtorità se tikkunsidra wkoll proprjetajiet li huma fi stat ta’ gebel u saqaf jew fuq il-pjanti, bil-kundizzjoni li għandhom permess ta’ bini u li jkunu kompluti kif stipulat fil-klawsola 5.3.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika