Overview
L-għotja taħt din l-iskema hi intiża biex tikkompensa parti mill-ispiża tal-kostruzzjoni jew fuq xogħol ta’ tlestija jew irranġar fl-ewwel dar ta’ abitazzjoni. Is-sidien tal-ewwel residenza, li minħabba żieda fin-numru ta’ membri familjari għandhom bżonn iżidu xi kmamar jew jagħmlu xi alterazzjonijiet fir-residenza, jistgħu jibbenifkaw minn din l-għotja.
What You'll Get
L-applikanti li l-proprjetajiet tagħhom inbnew qabel l-1990 jistgħu jgawdu minn għotja li tlaħħaq bejn it-€3,495 - €6,989, waqt li proprjetajiet mibnija wara l-1990 jistgħu jingħataw somma sa massimu ta' €5,824. L-għotja tingħata wkoll skont l-istatus tal-applikanti. L-applikanti m'għandux ikollhom proprjetà oħra u l-proprjetà li għaliha qed issir it-talba għandha tkun l-ewwel residenza tagħhom. L-għotja tingħata wara li juru l-fatturi u l-irċevuti fiskali.
Eligibility
Il-proprjetà għandha tkun l-ewwel residenza tal-applikant.
Għat-Termini u Kundizzjonijiet jekk jogħġbok agħfas
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Hemm tariffa amministrattiva ta’ €23.00 li ma tingħatax lura meta tissottometti applikazzjoni.
Dokumenti u ċertifikati meħtieġa mal-applikazzjoni (fejn japplika):
i) Fotokopja tal-Karta tal-Identità valida (minn quddiem u minn wara) ta' kull applikant.
ii) Fil-każ ta' applikanti b'diżabilità jew applikanti li jkunu jsofru minn mard kroniku mentali, għandu jiġi ppreżentat ċertifikat mediku li jiddeskrivi l-kundizzjonijiet u fotokopja tal-Karta ta' Diżabilità valida minn quddiem u minn wara maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità.
iii) Irċevuti fiskali oriġinali fl-isem tal-applikanti li juru l-ħlasijiet li jkunu saru mill-applikanti fuq oġġetti mixtrija u xogħlijiet li saru marbutin mal-kostruzzjoni jew riabilitazzjoni ta' proprjetà. Kull irċevuta fiskali għandu jkollha magħha fatturi li jkun fihom dettalji tal-oġġetti mixtrija jew servizzi mogħtija lill-applikanti , inklużi d-dettalji tal-applikanti. L-irċevuti ma jingħatawx lura lill-applikanti.
iv) Iċ-ċertifikat tal-perit imsemmi f'Taqsima 5.
v) Permess għall-bini maħruġ mill-PA li jkopri l-kostruzzjoni tal-proprjetà li għaliha qed issir it-talba għall-għotja.
vi) Pjanta tas-sit u pjanta tal-firxa interna approvata mill-PA.
vii) Fil-każ ta' applikanti separati/annullamenti/divorzjati, dawn għandhom jippreżentaw kopja tas-sentenza finali mill-Qorti kompetenti li turi s-separazzjoni jew kopja tal-kuntratt tas-separazzjoni.
viii) Kopja awtentikata tal-konvenju u l-Att ta' Akkwist ta' proprjetà. Għandhom jitħallsu ħlasijiet amministrattivi indikati fl-istess formola.
Timeline
[{"Id":"2aaf7520-059d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Awtorita' tad-djar","AddressLine1":"22","AddressLine2":"Triq Pietro Floriana","AddressLine3":null,"AddressCity":"Floriana","AddressPostalCode":"FRN 1060","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2299 1000","AddressEmail":"customer.care.ha@ha.gov.mt","Duration":null},{"Id":"d7b07520-059d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Awtorita' tad-djar","AddressLine1":"22","AddressLine2":"Triq Pietro Floriana","AddressLine3":null,"AddressCity":"Floriana","AddressPostalCode":"FRN 1060","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2299 1000","AddressEmail":"customer.care.ha@ha.gov.mt","Duration":"Ġurnata"},{"Id":"d1b17520-059d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Awtorita' tad-djar","AddressLine1":"22","AddressLine2":"Triq Pietro Floriana","AddressLine3":null,"AddressCity":"Floriana","AddressPostalCode":"FRN 1060","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2299 1000","AddressEmail":"customer.care.ha@ha.gov.mt","Duration":"Xahar u nofs"},{"Id":"c3b37520-059d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":4,"AddressName":"Awtorita' tad-djar","AddressLine1":"22","AddressLine2":"Triq Pietro Floriana","AddressLine3":null,"AddressCity":"Floriana","AddressPostalCode":"FRN 1060","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2299 1000","AddressEmail":"customer.care.ha@ha.gov.mt","Duration":"5 ijiem"},{"Id":"38f36d26-059d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":5,"AddressName":"Awtorita' tad-djar","AddressLine1":"22","AddressLine2":"Triq Pietro Floriana","AddressLine3":null,"AddressCity":"Floriana","AddressPostalCode":"FRN 1060","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2299 1000","AddressEmail":"customer.care.ha@ha.gov.mt","Duration":"3 xhur"}]
applika