Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema tgħin sabiex tgħolli proprjetajiet skont l-istandard meħtieġ. Din l-iskema tipprovdi sussidji hekk li l-postijiet ta' residenza li huma jew mikrija mill-privat jew mill-gvern isiru abitabbli skont standards aċċettabbli. Sidien ta' postijiet privati mikrija lil kerrejja jistgħu japplikaw biex jeliminaw kull struttura perikoluża.

​X’ser​ tingħata

Sidien li jkunu residenti jistgħu jgawdu minn għajnuna għal tiswijiet fl-istruttura u adattamenti fir-residenza tagħhom, waqt li kerrejja jistgħu jgawdu minn għajnuna biex jagħmlu adattamenti.

Eliġibbiltà​​

Għat-Termini u l-Kundizzjonijiet, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha. Hemm tariffa amministrattiva ta’ €20 li ma tingħatax lura meta tissottometti applikazzjoni.
applika