Ħarsa ġenerali​

Studenti li jixtiequ jagħmlu riċerka fi ħdan Aġenzija Sapport għal xogħol marbut mal-istudji tagħhom u li jirrikjedi ġbir ta’ data mill-membri tal-istaff ta’ Aġenzija Sapport u/jew il-persuni li jużaw is-servizz għandhom jikkuntattjaw lill-Uffiċċju tar-Riċerka ta’ Aġenzija Sapport, sabiex jiksbu l-approvazzjonijiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu r-riċerka tagħhom.

​X’ser​ tingħata

Assenjar għar-riċerka dettaljata fi ħdan Aġenzija Sapport għal xogħol marbut mal-istudju.

​​

Eliġibbiltà​​

Studenti li jixtiequ jagħmlu riċerka fi ħdan Aġenzija Sapport. Mhux neċessarjament li kull applikazzjoni tiġi milqugħa f’każ ta’ nuqqas ta’ riżorsi.

 

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa:
• Informazzjoni dwar l-identità u l-kuntatti tar-riċerkatur
• L-għan ta' proċessar tad-data
• Informazzjoni dwar min ser ikun qed jirċievi l-informazzjoni personali miġbura
• Drittijiet tal-parteċipanti għall-aċċess, tibdil, jew tħassir ta’ data li tikkonċerna lilhom.

applika