Ħarsa ġenerali​

Sharing Lives joffri opportunitajiet lill-voluntiera u lill-persuni b’diżabilità biex jaqsmu esperjenzi flimkien, joħolqu interazzjonijiet soċjali u jibnu ħbiberiji. 

 

​X’ser​ tingħata

Voluntiera jingħataw taħriġ u sapport kontinwu biex l-Aġenzija taċċerta li jingħata servizz ta’ livell għoli. Jingħata wkoll ċertifikat lil voluntiera li joffru 30 siegħa ta’ servizz.

Eliġibbiltà​​

Voluntiera jeħtieġ li jkollhom 16-il sena jew iktar.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa:

  • Kondotta tal-pulizija reċenti.
  • Referenza li tirrakkomanda lill-voluntier biex jaħdem ma’ persuni b’diżabilità. Dan jista’ jkun professjonist, qassis, għalliem, eċċ. li jaf lill-individwu.
  • Il-voluntiera li għandhom inqas minn 18-il sena huma meħtieġa wkoll jippreżentaw formola tal-kunsens mill-ġenituri tagħhom. Din il-formola speċifika tista’ tingħata mit-tim ta’ Sharing Lives fuq talba.
applika