L-Iskemi ta' Fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Kunsill Malti għall-Arti jimmaniġja portafoll ta’ skemi ta’ fondi li jagħtu sapport għall-iżvilupp tas-settur kulturali u kreattiv.

Tistà tagħmel kuntatt mat-tim tal-brokerage fuq : fundinfo@artscouncil.mt jew ċempel fuq 23347230 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
 

Biex tikseb aktar informazzjoni dwar l-iskemi individwali żur is-sit tal-Kunsill Malti għall-Arti.

X’ser​ tingħata

Dan is-servizz joffri għajnuna finanzjarja għal proġetti artistiċi.

Eliġibbiltà​​

L-eliġibbiltà tal-iskemi individwali huma varji, aktar informazzjoni dettaljata tinsab fil-linji gwida u regalomenti ta kull skema individwali.

Kif tapplika​

Biex tapplika segwi dawn il-passi:

  1. Aqra dawn il-linji gwida u regolamenti bir-reqqa.

  2. Iċċekkja jekk l-idea tal-proposta tiegħek tistax tiġi ttrattata minn din l-iskema.

  3. Agħfas fuq il-link li jieħdok fis-sistema tal-applikazzjoni online.

  4. Oħloq il-profil tiegħek mal-Kunsill Malti għall-Arti billi tagħfas fuq Irreġistra u imla d-dettalji.

  5. Mit-taqsima tas-sejħiet miftuħa, agħżel l-applikazzjoni online tal-iskema li trid tapplika għaliha.

  6. Segwi l-istruzzjonijiet pass wara pass. Imla l-informazzjoni meħtieġa kollha fl-applikazzjoni online, inkluż il-baġit, u ehmeż id-dokumentazzjoni ta’ sostenn.

  7. Ibgħat l-applikazzjoni. Għandek tirċievi konferma awtomatika tas-sottomissjoni tiegħek. Jekk ma tirċievi ebda notifika awtomatika, ikkuntattjana fuq applyforfunds@artscouncil.mt.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Xahrejn

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

20 jum

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

3 xhur

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika