Ħarsa ġenerali​

L-Iskema tas-Sħubija ta’ Heritage Malta toffri aċċess bla limitu għas-siti kollha ta’ Heritage Malta (minbarra l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u Taħt il-Belt) għal sena sħiħa mid-data tal-ħruġ. Permezz tagħha, il-membri jgawdu ħafna benefiċċji u jiffrankaw il-flus.

 

€50 – Card tas-sħubija individwali għall-adulti (valida għal persuni ta’ bejn 15 u 59 sena)
€90 – Card tas-sħubija konġunta għall-adulti (valida għal persuni ta’ bejn 15 u 59 sena)
€40 – Konċessjoni**
€60 – Konċessjoni konġunta**

** Aktar tagħrif issibu hawn.

​X’ser​ tingħata

Il-benefiċċji huma dawn:

 

  • Dħul b’xejn fis-siti u l-mużewijiet miftuħin kollha ta’ Heritage Malta (ħlief l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, Taħt il-Belt, u siti magħluqin)

  • Card tas-sħubija ta’ Heritage Malta tiegħek personali

  • Dħul b’xejn bla limitu fil-wirjiet KOLLHA ta’ Heritage Malta

  • Attivitajiet esklużivi b’xejn għall-membri kull xahar

  • Roħs fuq avvenimenti pubbliċi ta’ Heritage Malta

  • Roħs fuq sħubija konġunta

  • Roħs ta’ 50% fuq id-dħul fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u Taħt il-Belt (offerta ta’ darba li mhix trasferibbli)

  • Roħs ta’ 15% fil-ħwienet tal-mużewijiet ta’ Heritage Malta (ma jgħoddx għal fided, muniti, ikel u xorb)

  • Roħs ta’ 10% għal kull adult li għandu l-card tas-sħubija meta jiekol fir-restorant ta’ MUŻA (ma jgħoddx ma’ kwalunkwe offerta oħra jew għall-ikla ta’ nofsinhar tal-Ħadd u avvenimenti speċjali; ix-xorb u d-deżerta mhumiex inklużi; ir-roħs jgħodd BISS għall-menù A la Carte)

  • Roħs ta’ 50% fuq il-biljetti tal-adulti għad-dħul fl-Akkwarju Nazzjonali jekk tiġi ppreżentata card tas-sħubija valida

  • Kalendarju tal-attivitajiet jintbagħatlek b’xejn kull xahar permezz ta’ email

  • Kull card tas-sħubija li tinħareġ tintitola lil żewġt itfal akkumpanjanti (ta' età li ma taqbiżx l-14-il sena) għal dħul b’xejn f’siti u mużewijiet ta' Heritage Malta. L-ismijiet tat-tfal iridu jiġu rreġistrati fil-mument tal-applikazzjoni.

     

     

Kundizzjonijiet:

 

  • Ir-roħs hu validu għal persuna waħda kull card

  • Biex jitgawdew il-benefiċċji trid tiġi ppreżentata l-card tas-sħubija

  • Dawk li għandhom sħubija adulta konġunta u sħubija ta’ konċessjoni konġunta jirċievu żewġ cards tas-sħubija

  • Il-viżitaturi jistgħu jintalbu juru l-karta tal-identità jew tar-residenza.

Eliġibbiltà​​

Kull min huwa uffiċjalment residenti f’Malta jew Għawdex jista’ japplika biex isir membru ta’ Heritage Malta.

Kif tapplika​

Billi tmur fi kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew inkella tgħafas l-buttuna hawn taħt.
Il-membri jirċievu l-cards tas-sħubija bil-posta.
applika