Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema tippromwovi u tqanqal investiment f’niċeċ partikolari tas-suq, l-aktar permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika. Din l-iskema se tappoġġja prinċipalment il-promozzjoni ta’ dawn in-niċeċ turistiċi tas-suq:

  • Snajja' u Prodotti Artiġjanali

  • Turiżmu ffukat fuq l-isports u l- avventuri, inkluż l-għadis

  • Għawdex bħala destinazzjoni għat-tiġijiet

  • Speċjalitajiet lokali u gastronomija

  • Għawdex bħala destinazzjoni għas-saħħa u l-benesseri

  • Ospitalita’ t’attivitajiet tal-MICE f'Għawdex (Laqgħat, Inċentivi, Konferenzi u Avvenimenti)

  • Turiżmu Reliġjuż

Id-Direttorat ma jeskludix niċeċ oħrajn tas-suq li mhumiex elenkati hawn fuq, dan skont il-kontribuzzjoni potenzjali tas-segment għal turiżmu kwalitattiv u sostenibbli.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar billi tagħfas fuq dan il-link: ghawdex.gov.mt

​X’ser​ tingħata

Din l-iskema tappoġġja inizjattivi ta’ kummerċ li jaqgħu taħt żewġ kategoriji: parteċipazzjoni f’fieri/avvenimenti speċjalizzati barra l-pajjiż u/jew reklamar fuq livell internazzjonali, li jkopru sa 75% tan-nefqa eliġibbli limitata għal massimu ta’ €3,000 jew €4,500 jekk jaqgħu taħt waħda jew iż-żewġ kategoriji rispettivament. L-ispejjeż tal-parteċipazzjoni f'fieri internazzjonali se jkopru sa massimu ta' persuna waħda għall-attivitajiet li ġejjin:

  • biljett tal-ajru tal-klassi ekonomika lejn u mill-post tal-fiera;

  • sal-massimu tal-ispejjeż tar-reġistrazzjoni/miżati tal-parteċipazzjoni; u

  • sal-massimu ta' 60% tal-ispiża tal-allowance ta’ sussistenza standard biex tkopri għall-akkomodazzjoni ta’ bed and breakfast.

L-għajnuna tingħata fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, suġġett għal-limitu massimu annwali u l-baġit totali.

Eliġibbiltà​​

L-entitajiet kollha tan-negozju huma eliġibbli biex japplikaw jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbilta’ kif indikati fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.


Dokumenti meħtieġa

DOKUMENTI LI GĦANDHOM JIĠU PROVDUTI MAL-APPLIKAZZJONI
 

  • Liċenzja mill-Awtorità tat-Turiżmu Malti (MTA)/Liċenzja valida tal-operat (kif applikabbli)
     
  • Ċertifikat validu tal-HACCP (Hazard Analysis and Critical Control Points) (kif applikabbli)  
     
  • Deskrizzjoni tal-inizjattivi ta' kummerċjalizzazzjoni sabiex issostni dak li qiegħed jiġi mitlub.
     
  • Kopja tar-reklamar it-tnejn ipprintjati/ midja soċjali u televiżjoni. 
     
  • Kopja tal-irċevuti (inklużi irċevuti fiskali, dikjarazzjoni tat-transazzjoni bankarja bħala prova ta' ħlas) ippreżentati b'mod ċar għal kull attività. Fil-każ ta' biljetti tal-ajru, għandha tintbagħat kopja tal-biljett elettroniku tal-linja tal-ajru.
     
  • Jekk il-ħlas ma sarx bil-Ewro, hemm bżonn kopja tar-rata ta' kambju tal-istess data tal-ħlas.
     
  • Kopja de minimis State Aid Declaration iffirmata.
     
  • Rendikont qasir tal-inizjattivi, kummenti u kuntatti mwettqa u rizultati mixtieqa ottenuti
 
applika