Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema għandha l-għan li tappoġġja lill-operaturi tal-akkomodazzjoni f’Għawdex fil-promozzjoni lokali/internazzjonali tal-gżira bħala destinazzjoni turistika, permezz ta’ reklamardiġitali.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministerugħal Għawdex u l-Ippjanar.

​X’ser​ tingħata

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar se jkopri sa 65% tan-nefqa eliġibbli biex issir kampanjata’ marketing diġitali, sa massimu ta’ €8,000.

Eliġibbiltà​​

Proprjetajiet ta’ akkomodazzjoni li jinsabu f’Għawdex u liċenzjati bħala operaturi ta’ akkomodazzjoni mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) huma eliġibbli biex japplikaw, soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-iskema.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.

 

Dokumenti meħtieġa

 

Fl-istadju tal-applikazzjoni:

- Numru tal-VAT tal-aġenzija professjonali ingaġġata biex tieħu ħsieb ir-reklamar diġitali u kopja tal-kuntratt iffirmat JEW kopja tal-kuntratt tax-xogħol tal-maniġer tal-marketing;

- Pjan ta' reklamar tal-kontenut;

- Liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA);

- Deskrizzjoni tal-inizjattivi ta' reklamar li għalihom qed jintalab appoġġ;

- Formola ta' Dikjarazzjoni tad-de minimis iffirmata;

- Dikjarazzjoni mill-operatur tal-Akkomodazzjoni.

F'nofs il-pjan/fit-tmiem tal-pjan:

- Kopja tar-riżultati analitiċi tal-kampanja minn pjattaformi tal-midja soċjali u/jew Google Analytics;

- Kopja tar-reklamar u l-materjal awdjoviżiv implimentat;

- Kopja tal-fatturi kollha (inkluża l-irċevuta tal-VAT fiskali, u d-dikjarazzjoni tat-tranżazzjoni bankarja bħala prova tal-ħlas);

- Jekk il-ħlas mhuwiex f'Euro, kopja tar-rata tal-kambju fid-data tal-ħlas;

- Formola ta' Dikjarazzjoni tad-de minimis iffirmata.

applika