Ħarsa ġenerali​

L-iskema se tipprovdi għajnuna lil min iħaddem li joperaw f’setturi ekonomiċi speċifiċi b’għarfien intensiv, fil-forma ta’:

 

  1. Rimborż parzjali tas-salarji għal impjieg full-time fuq bażi indefinita;

  2. jew minn impjegati ġodda, biex iwettqu dmirijiet li jappartjenu mas-settur speċifiku b'għarfien intensiv;
  3. jew ta' persuni diġà impjegati mal-istess impriża mingħajr interruzzjoni mill-1 ta' Jannar 2018 'il quddiem, li jwettqu dmirijiet li jappartjenu għas-settur speċifiku b'għarfien intensiv. F'każijiet bħal dawn, l-eliġibilità hija ristretta għall-impjegati li għalihom min iħaddimhom diġà bbenefika miċ-ċiklu sħiħ ta' 3 snin taħt l-Iskema Gozo Back Office Scheme jew Gozo Employment Refund Scheme;

  4. Rimborż parzjali ta' spejjeż ta' taħriġ/tagħlim/reġistrazzjoni għall-parteċipazzjoni f'taħriġ, konferenzi, seminars, u konvenzjonijiet, li jappartjenu mas-settur speċifiku li juża l-għarfien intensiv, li jseħħ jew online, lokalment, jew barra.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar permezz ta’ dan: ghawdex.gov.mt

​X’ser​ tingħata

L-għajnuna li l-benefiċjarji se jirċievu min din l-Iskema fuq perjodu ta’ 3 snin, se tkopri:
 
  • rimborż parzjali tas-Salarju Bażiku Annwali ta’ kull impjegat b’kuntratt indefinit, li jwettaq dmirijiet speċifiċi għas-settur f’Għawdex.
     
  • rimborż parzjali ta’ spejjeż ta’ taħriġ/tagħlim/reġistrazzjoni għall-parteċipazzjoni f’taħriġ, konferenzi, seminars, u konvenzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-setturi speċifiċi ta’ għarfien intensiv, li jsiru jew onlajn, lokalment jew barra mill-pajjiż.

L-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda m'għandux jaqbeż l-ammont ta' €300,000 fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin konsekuttivi.
L-għajnuna se tingħata fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Iskema u l-limitu massimu annwali u l-baġit totali.

Eliġibbiltà​​

Impriżi u min iħaddem li joperaw fis-setturi ekonomiċi intensivi fl-għarfien li ġejjin li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-kodiċi NACE elenkati hawn taħt huma eliġibbli biex japplikaw jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà kif indikat fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema:
 

  • J58.2 - Software Publishing

  • J62 - Computer Programming, consultancy, and related activities

  • J63.1 - Data processing, hosting, and related activities 

  • K - Financial and insurance activities

  • M69 - Legal and accounting activities

  • M70 - Activities of head offices; management consultancy activities

  • M71 - Architectural and engineering activities; technical testing and analysis

  • M72 - Scientific research and development

  • M74.1 - Specialized design activities

  • R92 - Gambling and betting activities 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.

 

Dokumenti Meħtieġa

  1. Prova li n--negozju tal-applikant għandu indirizz reġistrat f’Għawdex minn fejn isir l-operat

  2. Kopja tal-Kuntratt tax-Xogħol

  3. Jobsplus Employment History għal kull impjegat li qed issir applikazzjoni għalih

  4. Formola ta' Bidu tal-impjieg ta' Jobsplus għal kull impjegat li qed issir applikazzjoni għalih

  5. Kopja tal-Karta tal-Identità għal kull impjegat li qed issir applikazzjoni għaliha

  6. Kopja tal-VAT Informatioln Sheet li turi l-Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NACE tal-Kumpanija

  7. Dikjarazzjoni

  8. Dikjarazzjoni ta' Għajnuna mill-Istat

applika