Ħarsa ġenerali​

L-Iskema Sustinable Quality Employment in Gozo se tipprovdi għajnuna, fil-forma ta’ rimborsi parzjali ta’ salarju, lil min iħaddem li jinsab u li għandu indirizz reġistrat f’Għawdex, biex isostni it-tranżizzjoni lejn sostenibbiltà msaħħa ta’ impjieg full-time fuq bażi indefinita:
 

a) jew ta’ impjegati ġodda bbażati f'Għawdex.

 

b) jew ta’ persunal ibbażat f’Għawdex, diġà impjegat mal-istess impriża bla waqfien mill-1 ta’ Jannar 2018 'il quddiem u li għalihom min iħaddimhom diġà bbenefika miċ-ċiklu sħiħ ta' 3 snin taħt l-Iskema ta' Gozo Employment Refund Scheme jew Gozo Back-Office Scheme.

 

Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar permezz ta din il-ħolqa:ghawdex.gov.mt

​X’ser​ tingħata

L-għajnuna li l-benefiċjarji se jirċievu mill-iskema Supporting Sustainable Quality Employment in Gozo fuq perjodu ta’ 3 snin, se tkopri r-rimborż parzjali tas-Salarju Bażiku Annwali ta’ kull impjegat b’kuntratt full-time, indefinit.

L-għajnuna se tingħata fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-iskema u għal-limitu massimu annwali u l-baġit totali.

Eliġibbiltà​​

L-impriżi kollha u dawk li jħaddmu bbażati f’Għawdex huma eliġibbli biex japplikaw jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità kif indikati fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.

 
 

Dokumenti meħtieġa

  1. Kuntratt tax-Xogħol
  2. Kopja tal-Karta tal-Identità
  3. Jobsplus Employment History (tiġi akkwistata permezz ta' Jobsplus)
  4. Dikjarazzjoni
  5. Dikjarazzjoni ta' Għajnuna mill-Istat
applika