Ħarsa ġenerali​

ll-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, f'konformità mad-Dokument tal-Baġit 2019, ser jissussidja l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-pazjenti meta jaqsmu bejn il-gżejjer Maltin għal trattament tal-kanċer, dijalisi tal-kliewi, jew għall-interventi kirurġiċi fl-isptarijiet statali. Ser tingħata wkoll għajnuna għall-ispejjeż tal-akkomokazzjoni.

X’se tingħata

Is-sussidju jingħata lill-pazjent u lill-adult li jakkumpanja lill-pazjent. Dan ser ikopri l-ispejjeż tal-vapur u se tingħata wkoll allowance addizzjonali biex itaffi l-piż tal-akkomodazzjoni. Kemm il-pazjenti residenti f'Għawdex li jivvjaġġaw lejn Malta kif ukoll il-pazjenti residenti f'Malta li jivvjaġġaw lejn Għawdex huma intitolati.

Se tingħata rifużjoni tal-biljetti tal-vapur tal-pazjent u lill-adult li jakkumpanja lill-pazjent (vettura u passiġġier wieħed).

MInbarra li se tingħata rifużjoni tal-biljetti tal-vapur se tingħata wkoll għajnuna addizzjonali biex ittaffi l-piż tal-akkomodazzjoni f'Malta jew f'Għawdex skont il-każ: jekk l-appuntament l-isptar ikun qabel it-8.30am u meta l-pazjent u min jakkumpanja l-pazjent ikollhom ifittxu akkomodazzjoni biex fil-lejl ta' qabel l-intervent ikun diġà fuq il-gżira fejn se tittieħed il-kura. Din l-għajnuna se tkun sa massimu ta' €45 lil kull persuna u għal kull lejl.

Eliġibbiltà​​

Pazjenti li jattendu għal trattament tal-kanċer, dijalisi tal-kliewi, jew interventi kirurġiċi.

Kemm il-pazjenti residenti f'Għawdex li jivvjaġġaw lejn Malta kif ukoll il-pazjenti residenti f'Malta li jivvjaġġaw lejn Għawdex huma intitolati. L-għajnuna finanzjarja se tingħata mhux biss lill-pazjent iżda wkoll lill-adult li jkun jakkumpanja lill-pazjent.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Id-dokumenti oriġinali jridu jintbagħtu lid-Direttorat Services Gozo sabiex l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata.

Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.

applika