Ħarsa ġenerali
Persuni li adottaw annimali domestiċi mit-taqsima tal-Ħarsien tal-Annimali f’Għawdex jistgħu japplikaw għal rimborż tal-provvista tal-ikel mixtri għall-annimali domestiċi.
X’ser tingħata
Ir-rimborż tal-provvista tal-ikel mixtri għall-annimali domestiċi li jkunu ġew addottati.
Eliġibbiltà
Is-sid jrid jippreżenta l-identita’ tiegħu flimkien man-numru tal-pazjent annimal kif ukoll in-numru tal-‘microchip’. L-annimal jrid ikun ġie sterilizzat fid-data tal-applikazzjoni.
Kif tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta' l-applikazzjoni
3 ijiem
Ipproċessar ta' l-applikazzjoni
3 ijiem
Provista tas-servizz
20 jum