Kura għall-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 16 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Ministeru għal Għawdex jipprovdi numru ta' servizzi għall-anzjani. Din l-applikazzjoni tinkorpora s-servizzi maġġuri offruti mill-Ministeru. Dawn jinkludu:

• Be Active - Għawdex (Irriżerva Fitness Class)
• Home Help Service (Rapport Mediku Meħtieġ)
• Meals on Wheels Application (Rapport Mediku Meħtieġ)
• Fiżjoterapista
• Occupational Therapy
• Dħul f’Dar tal-Anzjani - Għawdex (Rapport Mediku Meħtieġ)
• Incontinence Service (Rapport Mediku Meħtieġ)
• Telecare
• Rebate tal-Kera tat-Telefown
• Active Ageing Centres
• Servizz ta' Handyman
• Hairdresser
• Ċentru ta' Matul il-Jum - Għajnsielem
• Università tat-Tielet Età
• Social Work 

X’ser​ tingħata

Dawn l-iskemi għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-anzjani f’Għawdex billi jipprovdu firxa ta’ servizzi li jippromwovu għajxien indipendenti, saħħa, sigurtà u benesseri. Permezz ta’ dawn is-servizzi, l-anzjani jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna prattika fid-dar, servizzi tal-kura tas-saħħa u riabilitazzjoni, appoġġ fil-bżonnijiet ta’ kuljum, kif ukoll opportunitajiet biex jibqgħu fiżikament attivi u involuti soċjalment. Dawn l-iskemi jimmiraw ukoll li jtejbu l-kwalità tal-ħajja, inaqqsu l-iżolament soċjali, u jgħinu lill-anzjani jżommu d-dinjità, l-indipendenza u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-komunità.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

Jumejn

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika