Overview
Wara għoti ġdid ta’ numerar ta’ bibien jew tismija ta’ toroq inti se tingħata notifika li tkun qed tinfurmak b’din il-bidla. Inti tkun trid iżżur kwalunkwe uffiċċju tal-Kunsill Lokali, tippreżenta din in-notifika maħruġa mill-Address Management Unit u timla formoli ħodor individwali biex jintbagħtu lil entitajiet differenti. Issa ġie introdott kanal ġdid biex timla l-formola onlajn bl-użu tal-kredenzjali tal-eID tiegħek.
What You'll Get
Se tintbagħat notifika elettronika bil-bidla fl-indirizz tiegħek lill-Kummissjonarju għat-Taxxi Interni, l-Isptar Mater Dei u l-Kura Primarja tas-Saħħa.
Eligibility
Kull persuna li ġiet affetwata b’eżerċizzju ta’ għoti ta’ numri lill-bibien u/jew tismija ta’ toroq mogħtija mill-Address Management Unit.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Ikollok bżonn Karta tal-Identità aġġornata mingħand Identità Malta, aċċess għall-eID kif ukoll in-notifika li rċevejt mingħand l-Address Management Unit.
Wara li tilloggja bl-eID, l-indirizz il-ġdid ikun muri fuq il-formola sabiex jirrifletti dak muri fuq il-Karta tal-Identità. Wara, tkun trid tagħżel ir-raġuni tal-bidla fl-indirizz tiegħek u ddaħħal id-dettalji preċedenti tal-indirizz. Inti tkun trid tapplowdja kopja tan-notifika bħala prova u tissottometti l-applikazzjoni.
Timeline
null
Imejl
Telefown
Indirizz
applika