Ħarsa ġenerali​

Utenti mill-pubbliku jistgħu jużaw din il-formola sabiex jissottomettu informazzjoni rilevanti dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ aċċessibbiltà li jiltaqgħu magħha fuq il-websajts ta’ entitajiet tas-settur pubbliku.

​X’ser​ tingħata

Il-firxa ta' azzjoni li tista' tieħu l-MCA fil-każ tal-ilmenti tiddependi fuq jekk il-problemi involuti jaqgħux taħt il-qawwiet legali tal-MCA jew le. F'każijiet fejn l-Awtorità ma tistax tintervjeni formalment, l-MCA tipprova tkun il-medjatur bejn l-utent u l-entitajiet tas-settur pubbliku. Jekk ma tirnexxix, l-MCA tissuġġerixxi modi alternattivi billi tirreferi lil min wassal l-ilment għal-post adekwat fejn wieħed jista' jwassal l-ilment tiegħu jew tagħha.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali huwa eliġġibli.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.
applika