Ħarsa ġenerali​

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) (Kap. 496) jistabbilixxi d-dritt tal-pubbliku ġenerali għall-aċċess tal-informazzjoni miżmuma għand Awtoritajiet Pubbliċi, sabiex tkompli titkattar it-trasparenza u r-responsabbiltà fil-gvern.

Il-pubbliku ġenerali jista’ jitlob dokumenti miżmuma għand l-Awtoritajiet Pubbliċi. L-Awtorità Pubblika tiddeċiedi dwar it-talba tiegħek fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol. Jekk ma tkunx sodisfatt/a bil-mod kif l-Awtorità Pubblika ħadet ħsieb it-talba tiegħek, l-Att dwar l-FOI jagħtik is-setgħa li teskala t-talba tiegħek lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

Kull Awtorità Pubblika ħatret uffiċjal tal-FOI li se jieħu ħsieb it-talbiet għal dokumenti sottomessi mill-pubbliku u jirrappreżenta l-Awtorità Pubblika fuq iċ-ċirkostanzi kollha relatati mal-Att dwar l-FOI.

X’se tingħata

Proċess tat-talba skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496).

Eliġibbiltà​​

Persuna eliġibbli għandha tkun:

- Residenti f’Malta għal perjodu ta’ mhux anqas minn 5 snin, U
- Jew ċittadin ta’
- Malta; jew
- Stat ieħor membru tal-Unjoni Ewropea; jew
- EEA.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika