Ħarsa ġenerali​

L-Istamperija tal-Gvern toffri servizzji varji lill-kumpaniji privati, bħal pereżempju:

i) Qabel l-istampar - Disinjar, typesetting, qari tal-provi.

ii) Stampar - Stampar offset ta' kotba bil-linka tal-kulur jew bil-linka sewda, magazines, leaflets, business cards, kalendarji, kotba tal-irċevuti u numerazzjoni.

iii) Wara l-istampar - saddle stitching, side stiching, spiral binding, laminazzjoni, ippakkjar individwali għall-posta, perfect binding, hard-case binding, creasing, perforation, intaljar (embossing), u hot foil printing.

X’se tingħata

Servizzi skont l-ordni tiegħek.

L-ordnijiet kollha għandhom jitħallsu meta jiġu mogħtija. Servizz ta' kunsinna jista' jiġi provdut għal ħlas addizzjonali.

Eliġibbiltà​​

Kumpaniji privati.

Kif tapplika​

Ibgħat l-ordni tiegħek fuq l-applikazzjoni hawn taħt, jew b'imejl fuq: [email protected]
applika