Ħarsa ġenerali​

Din id-dikjarazzjoni tal-Punti Penali tippermettilek li ddawwar kontravvenzoni fuq il-persuna li kien qed isuq/juża l-vettura fid-data, il-ħin u l-lokalità tal-kontravvenzjoni. Il-kontravvenzjoni tiġi mibdula fuq isem min kien qed juża/isuq il-vettura jekk jiġu pprovduti d-dettalji kollha u d-dikjarazzjoni tiġi ffirmata miż-żewġ partijiet involuti.

Jekk id-dikjarazzjoni ma tiġix iffirmata mis-sewwieq tal-vettura, il-kontravenzjoni tibqa' fuq is-sid tal-vettura, iżda l-persuna indikata bħala s-sewwieq tal-vettura tirċievi taħrika sabiex tidher quddiem it-tribunal bħala xhud. Għal din ir-raġuni, l-applikant huwa mitlub sabiex jassigura li d-dettalji kollha tas-sewwieq huma pprovduti f’din id-dikjarazzjoni.

Dikjarazzjoni falza tiġi meqjusa bħala att kriminali u b'hekk jistgħu jittieħdu passi ulterjuri.

X’se tingħata

Din il-kontravvenzjoni tkun tista' tiġi mibdula għal fuq il-persuna li kien qiegħed isuq il-vettura fid-data, il-ħin u l-lokalità ta' meta nħarġet l-imsemmija kontravvenzjoni, u b’hekk il-punti penali jiġu assenjati max-xufier tal-vettura indikata.

Eliġibbiltà​​

Is-sidien tal-vetturi li l-vettura ma kinitx qed tiġi użata/misjuqa minnhom waqt il-ħin tal-kontravvenzjoni jkunu jistgħu jaqilbu l-kontravvenzjoni fuq ix-xufier, Dan jista jsir:

  • Jekk il-kontravenzjoni MHUX IMĦALLSA, d-dikjarazzjoni tista` tittella` fi żmien 60 jum mid-data tal-ħruġ,JEW
  • Jekk il-kontravenzjoni IMĦALLSA, d-dikjarazzjoni tista` tittella` fi żmien sena mid-data tal-pagament,JEW
  • Jekk il-kontravenzjoni ĠĠUDIKATA, allura d-dikjarazzjoni tista` tittella` fi żmien sena mid-data tas-sentenza tat-Tribunal

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ffirmaha. Din il-formola għandha tiġi ffirmata kemm mis-sid tal-vettura kif ukoll mis-sewwieq tal-vettura.

Illogja fuq is-sit les.gov.mt, agħżel 'Ehmeż l-Formola tad-Dikjarazzjoni' mill-menu tal-'Punti Penali tal-Liċenzja'. Imla d-dettalji rikjesti u tella' d-dokumentazzjoni meħtieġa.

Kopja tal-liċenzja tas-sewqan tax-xufier trid tiġi meħmuża flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Punti Penali. F'każijiet fejn il-vettura tkun mikrija, huwa importanti li l-kuntratt jew l-ftehim bil-kitba jiġi anness mad-dikjarazzjoni sabiex il-kontravvenzjoni tkun tista' tiġi mibdula għal fuq il-persuna li kien qiegħed isuq il-vettura fid-data, il-ħin u l-lokalità ta' meta nħarġet l-imsemmija kontravvenzjoni.
applika