Ħarsa ġenerali​

Ċittadini Maltin jistgħu jiksbu ċertifikat tal-kondotta billi 

 

  • jimlew il-formola elettronika jew 

  • imorru personalment fl-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali,18 Triq is-Suq, Floriana.  Meta jmorru jiġbruha, l-applikanti jridu jippreżentaw personalment dokument validu ta' identifikazzjoni bħalma hu passaport validu jew karta tal-identità valida.
     

Fil-każi fejn l-applikant mhuwiex f'pożizzjoni biex jiġbor iċ-ċertifikat personalment minħabba kundizzjonijiet ta' saħħa, tista' tiġi ppreżentata ittra ffirmata kif inhu xieraq mill-applikant li tawtorizza lit-terza persuna u li għandha tinkludi: 
 
  • l-indirizz tar-residenza tal-persuna li tkun se tiġbor iċ-ċertifikat
  • ir-raġuni għaliex l-applikant ma setax jiġbor iċ-ċertifikat
  • rapport mediku
  • kopja tal-karta tal-identità tal-applikant u 
  • karta tal-identità ta' min se jiġbor iċ-ċertifika
     
Għal applikanti Maltin li qed jgħixu barra minn Malta, għandha tiġi ppreżentata ittra mill-applikant lit-terza persuna li tawtorizzaha u li għandha tinkludi: 
 
  • l-indirizz tar-residenza barra minn Malta tal-applikant 
  • in-numru tal-karta tal-identità tal-persuna awtorizzata
  • Hemm bżonn ukoll li tintwera kopja tal-passaport tal-applikant u
  • il-karta tal-identità tal-persuna awtorizzata biex tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta tal-applikant.

​X’ser​ tingħata

Ċertifikat tal-Kondotta ta' Malta

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

applika