Overview
L-applikanti jistgħu jitolbu kopji ta’ kuntratti jew testmenti mill-Arkivji Nutarili. Bis-saħħa tal-użu tal-formola elettronika, klijenti jistgħu jkollhom aċċess dirett għall-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u jordnaw kopja ta’ att nutarili jew testment pubbliku onlajn minflok ma jmorru personalment f’dan l-Uffiċċju, jew inkella jikkommunikaw permezz tat-telefon mal-istaff tal-Arkivji Nutarili. Klijenti jkunu aċċertati illi l-applikazzjoni onlajn li jkunu ssottomettew tkun proċessata permezz ta’ sms jew posta elettronika fejn applikabbli. Mal-applikazzjoni tintbagħat sms jew ittra elettronika (fejn applikabbli) lill-klijenti sabiex tinnotifikhom illi l-kopja ordnata minnhom tlestiet kif ukoll il-ħlas dovut.
What You'll Get
1.Tiġi mgħarraf immedjatament meta tissottometti l-applikazzjoni.
2. Tingħata risposta diretta permezz ta’ sms jew ittra elettronika li tindika jekk il-kopja tal-kuntratt jew testment pubbliku tistax tinġabar inklużi l-ispejjeż li jridu jitħallsu.
3. Tiġi notifikat permezz ta’ sms jew ittra elettronika jekk hemmx bżonn ta’ tagħrif addizzjonali mal-applikazzjoni jew jekk il-kuntratt jew testment pubbliku partikolari jinsabx depożitat l-Arkivji Nutarili.
4. Ninfurmawk jekk il-ħlas dovut għall-kopja tal-att pubbliku jew testment pubbliku jaqbiżx €50.
Eligibility
Kwalunkwe persuna tista’ tordna kopja ta’ att jew testment pubbliku.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Sabiex tordna kopja ta’ kuntratt jew testment pubbliku, ikun meħtieġ li klijent jipprovdi l-isem tan-Nutar kif ukoll id-data eżatta tal-kuntratt jew testment pubbliku partikolari. Huwa meħtieġ li klijent jimla s-Sezzjoni tad-Dettalji Personali li tinkludi l-isem u l-kunjom tal-applikant, l-indirizz elettroniku u n-numru tat-telefon.
Fis-Sezzjoni tad-dokumenti meħtieġa, il-klijenti jridu jindikaw jekk il-kopja li qegħdin jordnaw hijiex meħtieġa li tkun legalizzata jew informali u dana wara li jkunu ssottomettew dettalji oħra li jinkludu d-data tal-att jew testment pubbliku kif ukoll l-isem u l-kunjom tan-nutar li ppubblika dan l-att nutarili. F’każ ta’ testment pubbliku, il-klijent jista’ wkoll iniżżel kopja taċ-ċertifikat tal-mewt fejn ikun meħtieġ.
Timeline
[{"Id":"e3bd3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":4,"AddressName":null,"AddressLine1":"2","AddressLine2":"Mikiel Anton Vassalli Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1310","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21237385;21224217","AddressEmail":"notarial.archives@gov.mt","Duration":"4 ijiem"},{"Id":"99cf3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":null,"AddressLine1":"2","AddressLine2":"Mikiel Anton Vassalli Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1310","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21237385;21224217","AddressEmail":"notarial.archives@gov.mt","Duration":"Jumejn"},{"Id":"6bd83950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":5,"AddressName":null,"AddressLine1":"2","AddressLine2":"Mikiel Anton Vassalli Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1310","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21237385;21224217","AddressEmail":"notarial.archives@gov.mt","Duration":"5 ijiem"},{"Id":"4b81225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":null,"AddressLine1":"2","AddressLine2":"Mikiel Anton Vassalli Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1310","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21237385;21224217","AddressEmail":"notarial.archives@gov.mt","Duration":null},{"Id":"598f225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":null,"AddressLine1":"2","AddressLine2":"Mikiel Anton Vassalli Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"Valletta","AddressPostalCode":"VLT 1310","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21237385;21224217","AddressEmail":"notarial.archives@gov.mt","Duration":"3 ijiem"}]
applika