Ħarsa ġenerali
Din il-formola tintuża minn dan l-Uffiċċju biex tagħti l-opportunita’ għal u tipproċessa talbiet minn riċerkaturi sabiex jiġu eżentati milli jħallsu t-tariffi imposti għall-ispezzjoni ta' atti notarili u biex jibbenefikaw minn rati mnaqqsa fuq servizzi ta' kkopjar imwettqa mid-Dipartiment.
Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, l-applikant jiġi nnotifikat permezz ta' email. Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-applikant jiġi nnotifikat bir-riżultat permezz ta' email li tiddikjara wkoll ir-raġuni/jiet għar-rifjut.
X’ser tingħata
Eżenzjoni jew tnaqqis fit-tariffi u l-ħlasijiet applikabbli b'konnessjoni mar-riċerka mwettqa.
Eliġibbiltà
Persuni li qed iwettqu riċerka għal skop purament storiku, letterarju jew xjentifiku u li għandhom l-approvazzjoni ta' riċerkatur akkademiku jew xi riċerkatur kwalifikat ieħor.
Kif tapplika
Imla l-formola online.
Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Approvazzjoni/Ċaħda tal-Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata