Ħarsa ġenerali​

Il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ jibdew bil-preżentazzjoni ta’ Avviż ta’ Arbitraġġ mill-persuna li tibda l-proċedimenti (Attur) flimkien mal-ħlas tal-miżata tal-preżentazzjoni rilevanti.

​X’ser​ tingħata

Mis-sit https://arbitration.mt wieħed jista' jissottometti Dikjarazzjoni ta' Talba, Dikjarazzjoni ta' Difiża, Kontro-Talba, Ċitazzjoni ta' Xhieda, Sottomissjoni ta' Dokumentazzjoni Oħra u Ħlas ta' miżati/spejjeż dovuti.

 

L-arbitri, il-partijiet u l-avukat tagħhom jistgħu wkoll isegwu l-istatus attwali tal-proċeduri li huma involuti fihom, inklużi l-minuti tas-seduti miżmuma.

 

Is-sit joffri wkoll il-possibbilità li tara sentenzi mogħtija f'każijiet ta' arbitraġġ obbligatorji.

Eliġibbiltà​​

Kwalunkwe persuna li tixtieq tibda proċeduri ta' arbitraġġ volontarju, l-Attur, jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha.

Kif tapplika​

Il-preżentazzjoni u l-ħlas jistgħu jsiru online billi tidħol fuq https://arbitration.mt.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-Ċentru fuq [email protected] JEW bit-telefown fuq 23279250.

L-uffiċċji tagħna jinsabu fi

33, Palazzo Laparelli,

Triq in-Nofsinhar,

Valletta VLT 1100

applika