Din il-formola għandha tiġi sottomessa minn dawk kollha li jagħżlu li jsolvu t-tilwim tagħhom permezz ta' medjazzjoni fuq bażi volontarja. Il-kunsinna tas-servizz titqies bħala kompluta hekk kif jinħatar medjatur biex imexxi l-medjazzjoni.
Li t-tilwima tkun risolta b’mod amikevoli mingħajr il-ħtieġa li tmur quddiem il-qrati ta’ Malta.
Tilwim fil-kamp ċivili, kummerċjali, familjari, soċjali, jew industrijali. Medjazzjoni familjari ma tinkludix separazzjoni jew divorzju iżda tirreferi għal tilwim familjari, per eżempju tilwim fuq wirt jew fuq negozju familjari. Is-separazzjoni u d-divorzju jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni tal-Familja u huma regolati b’leġislazzjoni speċifika.
Imla l-formola online u ibgħatha.
Minħabba in-natura u l- komplessità tas-servizz, m’hemmx perjodu speċifikat meta se tkun qed tirċievi dan is-servizz.