Ħarsa ġenerali​

L-għajnuna legali hija l-provvista tal-assistenza legali lin-nies bi dħul baxx, li ma jistawx iħallsu sabiex ikunu rappreżentati u jkollhom aċċess għas-sistema ġudizzjarja. L-għajnuna legali hija importanti sabiex tipprovdi aċċess għall-ġustizzja sabiex tassigura l-ugwaljanza quddiem il-liġi, d-dritt għall-avukat u id-dritt ta’ smiegħ xieraq lin-nies foqra.

​X’ser​ tingħata

Jekk int eliġibbli għas-servizz tal-għajnuna legali, tkun provdut avukat u prokuratur legali tal-Aġenzija assenjat b’digriet tal-Qorti sabiex tkun assistit fil-proċeduri quddiem il-Qrati.

Eliġibbiltà​​

F'kawżi ta' natura ċivili, wieħed irid jgħaddi mit-test tal-mezzi u tal-mertu wara li jipprovdi d-dokumenti meħtieġa dwar il-każ mitlub. 

F’kawzi ta’ natura kriminali, m’hemmx test tal-mezzi.

Kif tapplika​

Tista’ tapplika għall-għajnuna legali billi tagħfas applika hawn taħt.

applika