Ħarsa ġenerali​

Huwa kontra l-liġi li xi persuna tagħmel xi attività rigward l-ittestjar, l-ipproċessar, il-preservazzjoni, il-ħażna jew id-distribuzzjoni ta' tessut u ċelloli umani intenzjonati għall-bniedem għal xi attività oħra mhux skont il-liċenzja maħruġa skont l-Artiklu 3 tal-Att dwar id-Demm Uman u Trapjanti.

X’se tingħata

Formola tal-applikazzjoni biex tingħata liċenzja għal stabbilimenti tad-demm involuti fil-ġbir, ħażna, proċessar u ħruġ ta' demm komplut, plażma jew komponenti tad-demm li oriġinaw mill-bniedem. Meta l-Awtorità dwar il-Liċenzji tagħti liċenzja wara li tkun saret applikazzjoni, tinnotifika bil-miktub lill-istabbiliment tad-demm billi tispeċifika l-attivitajiet li jistgħu jsiru f'kull sit.

Eliġibbiltà​​

Individwi li jixtiequ japplikaw għal liċenzja għal blood establishment unit involut fil-ġbir, ħażna, l-ipproċessar u l-ħruġ ta' demm sħiħ, plażma jew komponenti tad-demm li joriġinaw mill-bniedem.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

L-uffiċjal tal-liċenzji se jikkuntattjak fi żmien għaxart ijiem.
applika