Ħarsa ġenerali​

L-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini tirrevedi applikazzjonijiet għall-għoti ta’ ċertifikazzjoni ta’ ‘Good Manufacturing Practice’ u/jew liċenzjar skont l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka (Kap. 578 tal-Liġijiet ta' Malta).

X’se tingħata

Ċertifikat tal-(EU)GMP u/jew liċenzja fir-rigward ta' attivitajiet relatati mal-kannabis għal skopijiet mediċinali u ta' riċerka, kif applikabbli.

Eliġibbiltà​​

Applikanti li kisbu ‘Letter of Intent’ mill-Malta Enterprise.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Għal kull firma, l-applikant huwa meħtieġ li jimla formola ta’ dikjarazzjoni u jehmiżha mal-formola onlajn. Il-formola ta’ dikjarazzjoni tista tinkiseb minn hawn.

applika