Applikazzjoni għad-Dħul fiċ-Ċentru ta’ Santa Marta (f’Għawdex)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 20 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

Iċ-Ċentru ta' matul il-jum Santa Marta joffri ambjent sigur, inklużiv u ta’ sostenn għal adulti b’diżabbiltà, fejn kull individwu jingħata l-opportunità li jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja.

 

Il-missjoni tagħna hija li nippromwovu t-tkabbir personali, l-indipendenza u l-inklużjoni permezz ta’ attivitajiet ta’ kuljum sinifikanti, li jappoġġjaw kemm il-kura personali kif ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet. Aħna ninkoraġġixxu t-tagħlim, il-kreattività, il-benesseri fiżiku u l-interazzjoni soċjali f’ambjent sigur u stimulanti.

 

Noffru wkoll kura u gwida kontinwa, u niżguraw li kull individwu jirċievi l-attenzjoni, ir-rispett u l-inkoraġġiment meħtieġ biex jirnexxi. Aħna impenjati li nagħtu s-setgħa lin-nies biex jgħixu ħajja attiva, sodisfaċenti u inklużiva fi ħdan il-komunità tagħhom.

X’ser​ tingħata

Jekk il-persuna tiġi kkunsidrata bħala eliġibbli, tinħatar case conference flimkien mas-Social Worker, bil-għan li jiġu evalwati u mifhuma l-bżonnijiet, il-preferenzi u l-potenzjal individwali tal-persuna. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, jitfassal programm personalizzat li joffri l-appoġġ meħtieġ biex jissaħħu t-tkabbir personali u l-kwalità tal-ħajja tal-individwu. Wara dan il-proċess, il-persuna tiġi assenjata f’unit jew grupp adatt fi ħdan iċ-Ċentru, sabiex jiġi żgurat li jirċievi l-livell xieraq ta’ kura, appoġġ u opportunità  biex jilħaq il-potenzjal tiegħu.

Eliġibbiltà​​

Persuni b’diżabilità ta’ 22 sena jew aktar li huma residenti f’Għawdex huma eliġibbli biex japplikaw.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

14 - il jum

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika