Avviż​

Content Editor

Eliġibbiltà għaċ-Ċekk Ħlas ta' Kum​​​pens

Għal dan iċ-ċekk huma eliġibbli ċittadini li kienu f’impjieg fl-2023 u lid-dħul tagħhom ma qabiżx is-€60,000. L-ammont ivarja skont id-dħul fl-2023. Il-pensjonanti mhumiex eliġibbli għal dan iċ-ċekk, madankollu, dawk il-pensjonanti li ki​enu impjegati fl-2023 huma eliġibbli għal dan iċ-ċekk. Iċ-ċekkijiet ser jitqassmu sa l’aħħar ta’ Mejju.
Sabiex ċittadin ikun eliġibbli għal dan iċ-ċekk, iridu jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

  • Dħul minn okkupazzjoni bi qligħ irrapurtat għas-Sena Bażi 2023 (Stima 2024) ( Eżempju: Impjieġi, miżati tad-direttur, okkupazzjoni personali (anke jekk kien irrapurtat telf), impjieg barra l-pajjiż, student hosting, bejgħ ta prodotti agrikoli).
  • Kont kurrenti attiv mad-dipartiment tat- taxxa.
  • L-indirizz attwali għandu jkun f’Malta
  • Id-dħul totali minn xogħol bi qligħ ma jaqbiżx is-€60,000

Ċittidan mhux eliġibbli jekk:

  • Mhux residenti f’Malta jew telaq minn Malta
  • Ġie/Ġiet nieqsa f'Ottubru 2025
  • Ikollu dħul mill-pensjoni jew stipendju
  • Ikollu dħul passiv (dħul iġġenerat minn kirjiet, investimenti u qligħ kapitali biss)
  • Ikollu dħul minn inviġilazzjoni u mill-ku​mmissjoni elettorali
  • Jekk iċ-ċittadin ma ssottomettiex il-formola tat-taxxa sena ta’ stima 2024, jew inħarget stima.
    Tista’ tissottometti d-dikjarazzjoni tat-taxxa nieqsa tiegħek mill-ħolqa li ġejja hawn

Ammont pagabbli

Fuq il-bażi tad-dħul miksub fl-2023, ir-rati huma kif ġej:

Komputazzjoni - Persuna Waħi​dh​a
Ammont
2022-2025
€0 - €15,000​​ €125
€15,001 - 30,000​ €95
€30,001 - €59,999​ €60

Komputazzjoni – Miżżewġin
Ammont
2022-2025
€0 - €20,000​ €140
€20,001 - €40,000 €1​10
€40,001 - €59,999 €65
Komputazzjoni – Ġenitur
Ammont
2022-2025
€0 - €15,000 €135
€15,001 - €30,000 €105
€30,001 - €59,999 €60​

​​