Ħarsa ġenerali​

Użata biex jikseb il-warrant biex persuni jipprattikaw bħala Certified Public Accountant (CPA) f'Malta. Individwu jew ditta jistgħu jipprattikaw il-professjoni ta' accountant ladarba jinħareġ il-warrant mill-Ministru tal-Finanzi fuq il-parir tal-Bord tal-Accountancy.

X’se tingħata

Warrant ta' CPA.

Eliġibbiltà​​

Biex persuna biex tipprattika l-professjoni ta' accountant, trid tkun detentur ta' warrant. Il-persuna tikkwalifika biss jekk:
i) Tkun ta' kondotta u fama tajba.
ii) Tkun totalment kapaċi skont il-liġi.
iii) Tkun jew lestiet b'suċċess il-kors li jwassal biex tingħata l-lawrja fl-accountancy professjonali organizzata mill-Universtà ta' Malta jew livell biex tidħol l-università je livell ekwivalenti, u wara tkun kompliet kors ta' struzzjoni teoretika rikonoxxut mill-Bord. F'kull każ il-korsijiet imsemmija għandhom ikopru tali suġġetti f'livelli preskritti.
iv) Jekk ma tkunx kopriet il-korsijiet imsemmija fit-(iii), tkun għaddiet minn eżami, li parti minnu jew kollu għandu jkun bil-miktub, ta’ kompetenza professjonali ta’ eżami finali ta’ università jew eżami ta’ livell ekwivalenti, rikonoxxut jew kompilat minn Bord għal dak l-iskop. Fejn persuna tkun kompliet kors ta’ struzzjoni teoretika u tkun għaddiet minn eżami ta’ kompetenza finali ta’ università jew livell ta’ eżami ekwivalenti relatat mal-professjoni tal-accountancy u rikonoxxut mill-Bord imma li ma jkunx kopra s-suġġetti kollha preskritti, il-Bord jista’ jaċċetta dil-kwalifika wara li persuna tkun għaddiet minn eżami jew eżamijiet f’liġijiet lokali u f’dawk is-suġġetti l-oħra li fuqhom jista’ jiddeċiedi l-Bord skont iċ-ċirkustanzi partikulari.
v) Il-persuna għandha tissodisfa l-Bord li għandha esperjenza biżżejjed għal perjodu ta’ żmien li magħdud flimkien iġib 3 snin ta' prattika ta' accountancy, li minnhom ekwivalenti tal-minimu ta’ sena esperjenza tkun ġiet akkwistata wara li tkun kisbet il-kwalifiki akkademiċi stipulati f’(ċ). L-artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy stipulati f’dak il-kors ta’ struzzjoni teoretika msemmija fl-Artikolu 3(2)(ċ) fl-Att dwar il-Professjoni dwar l-Accountancy għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin b’mod partikulari:
a) Teorija u Prinċipju ġenerali tal-accountancy;
b) Rekwiżiti u standards legali relatati mal-preparazzjoni tal-annual consolidated accounts; Jekk ma tkunx kopriet il-korsijiet imsemmija fit-(iii), tkun għaddiet minn eżami, li parti minnu jew kollu għandu jkun bil-miktub, ta’ kompetenza professjonali ta’ eżami finali ta’ università jew eżami ta’ livell ekwivalenti, rikonoxxut jew kompliat minn Bord għal dak l-iskop. Fejn persuna tkun kompliet kors ta’ struzzjoni teoretika u tkun għaddiet minn eżami ta’ kompetenza finali ta’ università jew livell ta’ eżami ekwivalenti relatat mal-professjoni tal-accountancy u rikonoxxut mill-Bord imma li ma jkunx kopra s-suġġetti kollha preskritti, il-Bord jista’ jaċċetta dil-kwalifika wara li persuna tkun għaddiet minn eżami jew eżamijiet f’liġijiet lokali u f’dawk is-suġġetti l-oħra li fuqhom jista’ jiddeċiedi l-Bord skont iċ-ċirkustanzi partikulari.
v) Il-persuna għandha tissodisfa l-Bord li għandha esperjenza biżżejjed għal perjodu ta’ żmien li magħdud flimkien iġib 3 snin ta' prattika ta' Accountancy, li minnhom ekwivalenti tal-minimu ta’ sena esperjenza tkun ġiet akkwistata wara li tkun kisbet il-kwalifiki akkademiċi stipulati f’(ċ). L-artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy> stipulati f’dak il-kors ta’ struzzjoni teoretika msemmija fl-Artikolu 3(2)(ċ) fl-Att dwar il-Professjoni dwar l- Accountancy għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin b’mod partikulari:
a) Teorija u Prinċipju ġenerali tal-Accountancy;
b) Rekwiżiti u standards legali relatati mal-preparazzjoni tal-annual consolidated accounts;
ċ) Accounting standards internazzjonali;
d) Analiżi finanzjarja;
e) Cost and management accounting.
vi) Risk management and internal control.
vii) Liġi dwar it-taxxa.
viii) Kapaċitajiet ta’ verifika u professjonali.
ix) Rekwiżiti legali u standards professjonali rigward l-accountants, awdituri u awdituri statutorji.
x) Standards internazzjonali ta’ verifika.
xi) Etika u indipendenza professjonali.
Ma’ dan, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament jesiġi li dan il-kors ikopri tal-anqas is-suġġetti li ġejjin sakemm ikunu relevant mal-verifika u accounting:
a) Liġi tal-Kumpaniji u Corporate Governance;
b) Il-liġi dwar l-insolvenza u proċeduri simili;
c) Liġi dwar it-taxxa;
d) Liġi Ċivili u Kummerċjali;
e) Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Liġi dwar l-Imjiegi;
f) Teknoloġija tal-informazzjoni u sistemi tal-kompjuter;
g) Negozju, ekonomija ġenerali u finanzjarja;
ħ) Matematika u statistika; u
i) Prinċipji bażiċi dwar financial management u intrapriżi.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Flimkien ma':
i) Kwalifika Akkademika tal-Accountancy.
ii) Ċertifikat reċenti tal-kondotta mill-Pulizija.
iii) Ħlas ta' €25.00.
iv) Wara tinħareġ irċevuta lill-applikant.

 

 

applika