Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża biex jinkiseb ċertifikat għall-prattika bħala awditur f'Malta. Persuna li jkollha warrant maħruġ skont it-termini tal-Artikolu 3(2) tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy tista' madankollu jkollha ċertifikat ta' prattika maħruġ mill-Bord tal-Accountancy biex tipprattika f'dawn l-oqsma ta' professjoni ta' accountant, inkluża l-verifika, kif tista' tkun preskritt u jista' ma jipprattikax f'dawn l-oqsma jekk ma jkollhiex iċ-ċertifikat relattiv.

X’se tingħata

Persuna li jkollha ċertifikat għall-prattika maħruġ mill-Bord tal-Accountancy fil-qasam tal-Professjoni ta' Awditur.

Eliġibbiltà​​

L-artikolu 4(1) tar-Regolamenti tal-2009 dwar il-Professjoni tal-Accountancy jistipula li verifika tista’ ssir biss minn persuna li jkollha ċ-ċertifikat ta’ prattika fil-qasam tal-verifika maħruġ skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy, lil persuna li għandha l-warrant ta’ Certified Public Accountant u tissodisfa l-Bord illi:
i) Ikollha l-kwalifiki adekwati fil-verifika f’livell avvanzat.
ii) Tissodisfa l-kundizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(2d) tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy. Fl-Artikolu 3(2d) il-Bord għandu jiżgura li fil-każ ta’ applikazzjoni għal ċertifikat ta’ prattika fil-qasam tal-verifika l-eżami ta’ kompetenza professjonali jkopri b'mod adekwat il-livell meħtieġ ta’ tagħrif teoretiku tas-suġġetti preskritti relevanti għall-verifika kif ukoll l-abbiltà biex tapplika dan it-tagħrif għall-prattika.
iii) Tkun akkwistat l-ekwivalenti ta’ 3 snin ta’ taħriġ prattiku full-time fil-verifika ta’ financial statements. Tal-anqas żewġ terzi minnhom għandhom ikunu ma’ awditur approvat f’xi Stat Membru. Tal-anqas 18-il xahar ta’ taħriġ f'din il-prattika jkunu saru wara li nkiseb id-degree jew kwalifika akkademika relatata mal-professjoni tal-accountancy stipulata fl-Artikolu 3(2ċ) dwar il-Professjoni tal-Accountancy.
iv) Tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati bl-Artikolu 4(3) jew 4(6) tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy. L-Artikolu 4(3) tal-Att jistipula li l-Bord joħroġ ċertifikat ta’ prattika fil-verifika f’Malta lil individwu ta’ karattru tajjeb li jkun awditur approvat f’kull Stat Membru bil-kundizzjoni li dan l-individwu jkun għadda, għas-sodisfazzjoni tal-Bord, minn eżami li jkopri liġijiet u regoli lokali relevanti għall-verifika, stabbiliti mill-Bord għal dak l-iskop. L-artikolu 4(6) tal-APA jistipula li, soġġett għar-reċiproċità u soġġett għar-regoli li jistgħu jkunu preskritti mill-Bord, il-Bord jista’ joħroġ ċertifikat ta’ prattika tal-verifika lil awditur ta’ pajjiż terz (barrani) jekk ikun sodisfatt li individwu simili jkollu l-kwalifiki stipulati fl-Artikolu 3(2) tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy, ikun għadda minn eżami stipulat mill-Bord u jissodisfa kull kondizzjoni oħra li tista' tkun preskritta.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika