Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża biex tikseb numru ta' reġistrazzjoni mal-Bord tal-Accountancy uffiċjali. Numru tar-reġistrazzjoni jippermetti lid-ditta, li tista' tkun kumpanija jew soċjetà ċivili, li twettaq xogħol ta' accounting u verifika fis-suq Malti.

X’se tingħata

Ir-reġistrazzjoni tippermetti lil ditta, li tista' tkun kumpanija jew soċjetà ċivili, li tipprattika xogħlijiet ta' accounting u verifika fis-Suq Malti.

Eliġibbiltà​​

Fil-każ ta’ ditta tal-accountancy: Artikolu 10(3-4) tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy jistipula li prinċipal tad-ditta tal-accountancy għandu jkollu warrant maħruġ skont L-Artikolu 4(1) tal-APA. B’żieda ma’ dan, persuna għandha:
1) Ikollha aktar minn 50% tal-voting rights tad-ditta; u
2) Għandha tikkostitwixxi aktar minn 60% tal-korp amministrattiv jew tal-management tad-ditta.
Iżda f’każ li ditta tal-accountancy li tkun ta’, immaniġġata u kkontrollata minn 2 individwi, persuna 1 biss mill-individwi li tkun tippresiedi l-korp amministrattiv jew ta’ management tad-ditta jkun meħtieġ li jissodisfa l-kundizzjonijiet.
(b) Tkun magħrufa bħala ta’ karattru tajjeb u kkwalifikata b’mod xieraq bil-mod ta’ kwalifiki jew esperjenza akkademika jew professjonali. Iżda f’każ ta’ ditta tal-accountancy li tkun ta’, immaniġġata u kkontrollata min 2 individwi, persuna 1 biss mill-individwi li tippresiedi fuq il-korp amministrattiv jew ta' management tkun meħtieġa li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fis-Subartikolu (3)(a).
Fil-każ ta' ditta tal-awditjar (verifika): l-Artikolu 10(5) tal-APA jiddikjara li prinċipal ta' ditta tal-verifika:
1) Għandu jkollu ċertifikat ta' prattika biex jipprattika fil-qasam tal-verifika; jew
2) Ikun ta' fama tajba u kkwalifikat b'mod xieraq jew fil-mod ta' kwalifiki akkademiċi jew professjonali jew esperjenza.
B'żieda ma' dan, l-Artikolu 10(6) tal-APA jiddikjara li ditta tal-verifika għandha tkun ta' fama tajba u għandha tissodisfa l-kundizjonijiet li ġejjin: a) L-individwi li jagħmlu xogħol ta’ awditjar f’isem id-ditta tal-veriika għandu jkollhom ċertifikat ta’ prattika fil-verifika;
b) Il-maġġoranza tal-voting rights fid-ditta ta’ awditjar għandhom jinżammu mid-ditta tal-awditjar jew ditti tal-awditjar approvati f’kull Membru Stat jew individwi li jkollhom ċertifikat ta’ prattika fil-qasam tal-awditjar; u
c) 60% tal-korp amministrattiv jew tal-management ikunu ta’, immaniġġati u kkontrollati minn 2 individwi, persuna 1 biss mill-individwi li tippresiedi fuq il-korp amministrattiv jew ta' management tkun meħtieġa li tissodisfa l-kundizzjonijiet.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha lil: 
Il-Ministeru tal-Finanzi
Maison Demandols
Triq in-Nofsinhar
Il-Belt Valletta VLT 1102

Ibgħat ukoll: 
i) Kopja ffirmata tal-ftehim (eż. partnership agreement, eċċ.).
ii) Kopja tal-Professional Indemnity Insurance Coverage tad-ditta.
iii) Għandu jsir ħlas għall-applikazzjoni ta' €25 lill-Accountancy Board.
applika