Ħarsa ġenerali​

Entry/Exit Summary Summary Declaration hija applikazzjoni web-based għad-dikjarazzjoni ta' kull konsenja li tasal jew titlaq fl-ewwel jew l-aħħar port fl-Unjoni Ewropea rispettivament. Is-sistema tipprovdi 3 metodi biex tibgħat id-dikjarazzjoni: jew billi ddaħħal kull konsenja manwalment, ittella' XML file fuq l-internet, jew it-trader's system tikkonnettja mas-sistema tad-Dwana direttament permezz tal-web services . Din tal-aħħar ikollha bżonn perjodu ta' testing fejn in-negozjant ikollu jgħaddi minn testijiet speċifiċi ta' konformità qabel ma jibgħat live data. Id-dettalji tekniċi kollha jinsabu fuq il-websajt tad-Dwana.

X’se tingħata

Meta dil-formola tkun proċessata b'suċċess, id-Dipartiment tad-Dwana jibgħat b'imejl lin-negozjant il-username tiegħu/tagħha u password temporanja biex ikunu jista' jidħol fil-module li jkollu bżonn.

Eliġibbiltà​​

Negozjanti rreġistrati mad-Dipartiment tad-Dwana jistgħu japplikaw għal remote access.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Carriers/negozjanti li għandhom is-sistema tagħhom ta' software u system providers jistgħu jidħlu fl-Entry/Exit Summary Declaration Application Form for System to Sysem User biex japplikaw għal account sabiex ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-Malta Customs System biex jibdew il-conformance testing procedure. L-utent (min jużaha) minnufih jirċievi notifika biex jikkonferma li jaċċetta. Meta din il-formola tiġi proċessata u tiġi aċċettata, id-Dipartiment tad-Dwana jibgħat lin-negozjant imejl fejn joħroġlu username u password temporanji biex ikun jista' jidħol fil-module mitluba. Jekk ma it-talba ma tiġix aċċettata, in-negozjant jiġi notifikat u jingħata raġuni għalfejn. F'dak il-każ ikun hemm bżonn ta' applikazzjoni ġdida jekk in-negozjant jiddeċiedi li jerġa' japplika.
applika