Ħarsa ġenerali​

Il-persuna taxxabli tkun tista' tħallas l-ammont dovut tat-Taxxa Proviżorja permezz ta' din il-faċilità ta' ħlas onlajn.

X’se tingħata

Il-persuna taxxabbli se tkun qed tissodisfa l-obbligi tat-taxxa dovuta fuq id-dħul tagħha.

Eliġibbiltà​​

• Impjegati/Pensjonanti
• Kumpanniji/Sħubiji
• Negozji Żgħar u Impjegati għal Rashom (Self-Employed)
• Organizzazzjonijiet Volontarji u Organizzazzjonijiet Oħrajn

Kif tapplika​

Agħfas fuq il-buttuna applika biex tipproċedi bil-pagament tiegħek.

Il-persuna taxxabli għandu juża n-Numru ta' Referenza tal-Ħlas, u jdaħħal l-ammont dovut tiegħu/tagħha. Il-ħlas jista' jiġi affettwat kemm mill-Payment Gateway tal-Gvern, kif ukoll permezz tal-Internet Banking.
applika