Ħarsa ġenerali​

Il-Ministeru għall-Finanzi nieda l-iskema tal-għotja li ġejja, li l-għan tagħha huwa li tinċentiva u tassisti lill-first time buyers li jixtru proprjetajiet residenzjali fi ħdan iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (UCAs), proprjetajiet li ilhom mibnija iżjed minn 20 sena u li ilhom vakanti għal iżjed minn seba’ snin, u proprjetajiet ġodda li huma żviluppati skont kriterji approvati kif definiti mil-linji gwida stabbiliti u approvati mill-Bord maħtur mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.

X’se tingħata

L-applikanti eliġibbli jirċievu għotja massima ta’:

 

€15,000 jekk il-proprjetà mixtrija tkun f’Malta;€30,000 jekk il-proprjetà mixtrija tkun f’Għawdex u il-kuntratt tal-akkwist kien iffirmat sa l-31 ta’ Diċembru 2023; u€40,000 jekk il-proprjetà mixtrija tkun f’Għawdex u il-kuntratt tal-akkwist jiġi iffirmat bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2024.

L-ammont attwali allokat jiġi stabbilit fuq bażi pro rata skont is-sehem tal-proprjetà li tkun qed tiġi akkwistata.

Eliġibbiltà​​

L-applikant irid ikun residenti f’Malti, li ikun first time buyer u rikonoxxut uffiċjalment bħala s-sid ta’ proprjetà residenzjali privata li tkun fiż-Żona ta’ konservazzjoni Urbana (ŻkU), jew is-sid tal- proprjetà residenzjali privata li ilha mibnija għal aktar minn għoxrin sena u li ilha vakanti għal aktar minn seba’ snin, jew is-sid ta' proprjetà residenzjali privata ġdida żviluppati b’konformità ma’ kriterji approvati kif definiti mil-linji gwida stabbiliti u approvati mill-awtorità kompetenti. Il-proprjetà li għaliha qed issir applikazzjoni għall-għotja għandha tkun l-ewwel proprjetà immobbli tal-applikant akkwistata inter vivos mill-applikant u tkun akkwistata għal residenza unika u ordinarja u liema proprjetà hija proprjetà residenzjali privata, li nxtrat bejn it-12 ta’ Ottubru 2021 u l-31 ta' Diċembru 2024.

Barra minn hekk, biex ikunu eliġibbli għall-għotja, l-applikanti jridu jkunu l-ewwel irreġistraw l-att ta’ akkwist ta’ proprjetà permezz tan-nutar tagħhom mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana u jkunu ppreżentaw prova legali u dikjarazzjoni li huma first time buyers u li din hija l-ewwel proprjetà immobbli tagħhom akkwistatha inter vivos.

Fejn jidħlu proprjetajiet residenzjali privati li jkunu fiż-Żona ta’ konservazzjoni Urbana (ŻkU), jew propjetajiet li ilhom mibnija għal aktar minn għoxrin sena u huma vakanti għal aktar minn seba’ snin, l-applikazzjonijiet taħt din l-iskema għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard minn sitt xhur mix-xiri tal-proprjetà kif muri mid-data tal-att tal-akkwist tal-proprjetà.

Proprjetà li tibbenefika mill-għotja ma tistax tiġi diviża, fejn in-numru ta' units residenzjali jibqa' l-istess. Jekk il-propjetà tiġi sussegwentement żviluppata mill-ġdid f'unitajiet residenzjali separati, l-applikant ikollu jħallas lura l-ammont sħiħ tal-għotja imħallsa lilhom taħt din l-iskema.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħata.
applika