Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz jippermetti lil Trust (fiduċjarja) biex tkun irreġistrata għal skopijiet ta' Taxxa ta' Dħul.

X’se tingħata

Trusts reġistrati jingħataw numru uniku rreġistrat tat-taxxa.

Eliġibbiltà​​

Trusts.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana
Blokk 3 - Central Mailing Unit
Floriana

Għandhom jiġu mehmuża, flimkien ma' dokumenti oħra kif speċifikati f'din il-formola, kopja tal-istrument biex tistabilixxi/turi l-fiduċja f’elezzjoni taħt l-Artiklu 27D(1) tal-Att tat-Taxxa jew applikazzjoni għad-determinazzjoni f’termini tal-Artiklu 27D(2) tal-Att tat-Taxxa.

applika