Ħlas Lura ta' Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 15(7)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz jirreferi għall-ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali lil persuni self-occupied li għandhom 'il fuq minn 45 sena, qabel kienu qiegħda għal perjodu ta' 5 snin u jkunu kisbu liċenzja sabiex jaħdmu għalihom infushom skont l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.

X’ser​ tingħata

Ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.

Eliġibbiltà​​

Persuni self-occupied li għandhom aktar minn 45 sena.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar/Valutazzjoni/Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

8 ijiem

Provvista tas-Servizz

Jumejn

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika