Din il-formola għandha timtela minn persuni li mhumiex reġistrati skont l-Artikolu 10 u li jakkwistaw mezzi ġodda ta' trasport minn membru stat tal-Unjoni Ewropea (li fuqu titħallas VAT f'Malta).
Reġistrazzjoni ta' vetturi mal-awtoritajiet lokali.
Kull persuna li ma tkunx reġistrata skont l-Atikolu 10.
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Wara li tissottometti l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha, flimkien mal-ħlas dovut u kopja tal-fattura lil:
Fil-każ ta' vettura tal-art:
Direttorat tal-Liċenzjar u l-Ittestjar
A3 Towers
Triq l-Arkata
Paola PLA 1212
Fil-każ ta' bastiment tal-baħar jew mezz tal-ajru:
Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana
Blokk 3 - Central Mailing Unit
Floriana
Jekk il-formola pprintjata u ffirmata (flimkien mal-fattura u l-ħlas tal-VAT li għandha titħallas) ma tasalx fi żmien sebat ijiem minn din is-sottomissjoni elettronika, l-applikazzjoni tiġi skartata.