Id-Donazzjoni tal-permess tal-irmiġġ temporanju lill-individwi jew organizzazzjonijiet li ma jiffurmawx parti mid-dipartiment tas-sajd, jistgħu jgħaddu l-irmiġġ temporanju flimkien mal- bastiment bħala donazzjoni lill-qraba. L-individwu li qed jitlob din id-donazzjoni huwa mitlub li jasal sal-ufficini tad-Dipartiment tal-Irmiġġi u jrid jiprovdi ċertifikati relevanti li juru li verament jiġu minn xulxin. L-individwi huma mitluba li jiffirmaw l-karti meħtieġa ġewwa l-uffiċini tad-Dipartiment. L-Awtorita għandha d-dritt li tapprova jew ma tapprovax dan it-trasferiment mitlub. Flimkien maċ-ċertifikat relevanti, importanti wkoll li jkun hemm dikjarazzjoni notarili li tistqarr li l-permess temporanju tal-irmiġġ u l-bastiment jridu jingħadu bħala donazzjoni. Il-bastiment jrid jibqa' l-istess u ma jista' qatt jinbidel.
Suġġett ta' approvazzjoni u eleġibilta', l-Awtorita' tagħti l-pemess tat-trasferiment tas-sid mingħand l-individwu jew organizzazzjoni lil individwu ieħor bħala donazzjoni jekk iż-żewġ naħat jiġu minn xulxin.
Din tapplika għal;
- Kull resident Malti
- Organizzazzjonijiet Volontarji
- Kull persuna barranijia residenti ġewwa Malta
Agħsal wasla sad-Dipartiment tal-Irmiġġ biex tapplika.
Malta Transport Centre
Triq Pantar
Lija
LJA 2021
Malta
Dokumenti Meħtieġa;
- Trasferiment tal-applikazzjoni tas-Sid (din tingħata mill-uffiċini tad-dipartiment tal-irmiġġi.
- Certifikat validu tar-registrazzjoni tal- bastiment.
- Dokument ta' l-Identita'.
- Ċertifikat tat-twelid jew taż-żwieġ.(skont il-każ) Dikjarazzjoni Notarili